Sunday, December 22, 2024

Żewġ turisti li kienu fuq jet ski jinqatlu mill-gwardja tal-kosta Alġerina

Aqra wkoll

Il-gwardja tal-kosta Alġerina allegatament qatlet żewġ turisti li kienu fil-Marokk iżda li daħlu bil-jet skis tagħhom fl-ibħra Alġerini. Huma kienu fost erba’ ċittadini Franċiżi u Marokkini li telqu bil-jet ski mir-resort Marokkina ta’ Saidia.

Filwaqt li ż-żewġ turisti inqatlu, it-tielet membru tal-grupp ġie arrestat mill-gwardji tal-kosta li jgħassu l-fruntiera magħluqa taż-żewġ stati. L-istess sparatura qajjmet rabja kbira fil-Marokk. Dan hekk kif fuq il-midja soċjali beda jiċċirkola filmat ta’ ġisem bla ħajja f’wiċċ il-baħar li ġie mtella’ minn sajjied.

Midja internazzjonali irrapurtat li Mohamed Kissi kien l-uniku wieħed mill-grupp ta’ erbgħa li għamilha lura lejn il-Marokk. F’kumment li ta lil midja internazzjonali, is-Sur Kissi qal li kellhom mument fejn spiċċalhom l-fjuwil u sabu ruħhom fl-Alġerija.

Huwa żied jgħid li dak il-mument meta beda jisma l-isparar, beda jirringrazzja lil Alla li baqa’ ħaj. Dan filwaqt, li irrimarka li dawk li nqatlu kienu ħuħ u l-ħabib tiegħu. Qal ukoll li b’kollox ġew sparati ħames balal.

Iż-żewġ nazzjonijiet għandhom storja twila ta’ tensjonijiet. Il-fruntiera bejn l-Alġerija u l-Marokk ingħalqet fl-1994. Riċentament madwar sentejn ilu l-Alġerija waqfet kull forma ta’ rabta bejn iż-żewġ stati.

Ekonomija

Sport