Saturday, October 26, 2024

Żewġ uffiċjali ta’ TM sospiżi wara filmat tagħhom isawtu raġel

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali jikkundanna l-aġir tagħhom

Aqra wkoll

“Nikkundanna dan l-aġir. Jiena infurmat li malli l-filmati waslu għand Transport Malta, ittieħdet azzjoni u bdew l-investigazzjonijiet min-naħa tal-Pulizija”. Iddikjara dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia fi tweġiba lil ġurnalisti barra mill-parlament aktar kmieni.

Farrugia kien qiegħed iwieġeb b’reazzjoni għal filmat li beda jinxtered tard ilbieraħ filgħaxija li juri uffiċjali ta’ Transport Malta li jidhru jsawtu sewwieq li twaqqaf u ntalab jinżel mill-karozza tiegħu. Fil-filmat jidher it-tieni uffiċjal li għal xi raġuni niżel minn fuq il-mutur tiegħu u mar għal fuq is-sewwieq li kien diġà fl-art u tah xi daqqiet. 

Il-Ministru min-naħa tiegħu kkonferma li ż-żewġ uffiċjali inkwistjoni ġew sospiżi immedjatament u li persuni oħra preżenti ntalbu jagħtu stqarrija biex jgħinu fl-investigazzjoni li tinsab għaddejja.

Mistoqsi rigward il-bqija tal-uffiċjali, il-Ministru qal li dawn jagħmlu xogħol siewi kuljum għall-pajjiż u bħalma jsir dejjem, fejn isir ħażin jiġi kkundannat tali aġir.

Sport