Sunday, November 24, 2024

Żewġ uffiċjali tal-pulizija jweġġgħu wara attakk f’Londra 

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Uffiċjal tal-pulizija mara weġġgħet serjament f’attakk fiċ-ċentru ta’ Londra li ra wkoll kollega tagħha jaqla’ daqqiet ta’ sikkina f’għonqu.

“L-inċident seħħ qrib Leicester Square fis-6.00 a.m. u ma kienx relatat mal-mewt tar-Reġina jew terroriżmu,” qalet il-Pulizija. 

Is-Sindku ta’ Londra Sadiq Khan iddeskriva dan l-inċident bħala wieħed “tal-biża’” f’mument daqstant importanti għall-pajjiż.

Raġel kien arrestat fuq suspett li kkaġuna ġrieħi gravi u li ħebb għal ħaddiem tal-emerġenza. 

L-uffiċjal mara ngħatat daqqiet ta’ sikkina f’dirgħajha qabel ma l-kollega tagħha ġera wara s-suspettat. Dan tal-aħħar kien midrub serjament wara li ngħata tliet daqqiet ta’ sikkina f’għonqu u daqqa oħra f’sidru iżda mistenni li jirkupra. 

Kollegi oħra waslu fuq il-post u sparaw bit-taser fuq l-allegat aggressur, li eventwalment kien arrestat. 

Sport