Friday, May 3, 2024

Żewġ uffiċjali tal-Pulizija ta’ Buffalo mixlijin talli darbu serjament lil anzjan wara li mbottawh u qasmulu rasu

Aqra wkoll

Żewġ uffiċjali tal-Pulizija ġew mixlijin b’agressjoni wara li f’filmat dehru jimbottaw lil dimostrant anzjan ta’ 75 sena, u kaġun t’hekk iferuh serjament.

Aaron Torgalski, ta’ 39 sena, u Robert McCabe, ta’ 32 sena, wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjubin fil-konfront tagħhom. Huma qed jiffaċċjaw sa massimu ta’ seba’ snin priġunerija.

L-inċident seħħ nhar il-Ħamis li għadda, meta mbottaw lil Martin gugino, li waqa’ għal dahru u fil-filmat li beda jiċċirkola fuq l-internet deher anke b’demm ħiereġ minn rasu.

L-anzjan għadu qed jinżamm l-isptar, bil-kundizzjoni medika tiegħu deskritta bħala wara serja iżda stabbli.

YouTube video

Iż-żewġ uffiċjali tal-pulizija kienu qed jinforzaw curfew fil-belt ta’ Buffalo kaġun tal-protesti li rriżultaw mill-mewt ta’ George Floyd waqt li kien qed jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija ta’ Minneapolis ix-xahar li għadda.

Torgalski u McCabe, membri tat-Tim ta’ Rispons għal Emerġenzi, ġew sospiżi immedjatament wara li beda jiċċirkola l-filmat.

Sebgħa u ħamsin mill-kollegi tagħhom aktar tard irriżenjaw mit-tim b’rispons għas-sospensjoni taż-żewġ uffiċjali.

Matul il-jum tal-bieraħ folla ta’ aktar minn 100 persuna – fosthom uffiċjali tal-pulizija u ħaddiema tat-tifi tan-nar – inġabru jipprotestaw quddiem il-binja tal-qorti f’Buffalo kontra l-akkużi miġjubin kontra ż-żewġ pulizija.

Sport