Friday, April 19, 2024

L-ALPA tgħid li d-deċiżjoni dwar it-tkeċċija ta’ nofs il-bdoti tal-Air Malta se tkun detrimentali għall-futur tal-linja tal-ajru

Aqra wkoll

L-unjin tal-piloti tal-Air Malta, ALPA, tard ilbieraħ filgħaxija rreaġixxiet fid-dawl tad-deċiżjoni tal-linja tal-ajru nazzjonali li twaqqaf l-impjieg lil nofs il-bdoti tagħha. Fi stqarrija l-ALPA qalet li l-linja tal-ajru nqdiet mill-pandemija tal-Covid-19 biex tkun tista’ tkeċċi lill-bdoti.

Il-bieraħ l-Air Malta qalet li kienet keċċiet lil 69 bdot wara li t-taħditiet mal-ALPA kienu fallew.

ALPA min-naħa tagħha qalet li d-deċiżjoni tal-linja tal-ajru kienet waħda ta’ sorpriża, anke fid-dawl tal-laqgħat regolari li kienu qed jinżammu.

L-unjin żiedet tgħid li dejjem iffaċċjat id-diskussjonijiet mal-linja tal-ajru fl-aħjar interessi tal-membri tagħha bl-intenzjoni li tiżgura l-propserità fit-tul tal-linja tal-ajru nazzjonali.

Fl-istqarrija tagħha ALPA qalet li t-tkeċċija ta’ parti sinjifikanti mill-bdoti se tkun waħda detrimentali għall-futur tal-linja tal-ajru.

Sport