Wednesday, April 24, 2024

Żewġ żgħażagħ fir-radar ta’ AC Milan

Aqra wkoll

AC Milan qed jaħsbu għall-futur hekk kif id-diriġenti Rossoneri qed jaraw sew il-progress ta’ żewġ plejers interessanti bl-isem ta’ Rasmus Hojlund u Mohammed Kudus. 

Hojlund jilgħab ma’ Atalanta u diġa’ qed juri x’jaf bħala attakkant b’gowl wieħed f’erba’ partiti.

Mill-banda l-oħra, Mohammed Kudus jilgħab ma’ Ajax Amsterdam bħala midfielder offensiv u qed jitqies bħala r-rivelazzjoni tal-Eredivisie Olandiża.

It-tim minn Milan qed jaħdmu sabiex ikomplu jinkludu żgħażagħ li eventwalment jagħmlu isem magħhom.

Sport