Friday, April 19, 2024

Paulo Dybala jfaħħar lil Mourinho

Aqra wkoll

Paulo Dybala faħħar il-karattru tal-coach ta’ Roma Jose Mourinho.

Hu sostna li laqtu ħafna l-umiltá li biha dan il-coach jitratta lill-players. Hu qal li faċli taħdem miegħu minħabba li ma jużax tattika kkumplikata.

Dybala fakkar ukoll f’episodju li ġara fl-istaġun li għadda meta Roma lagħbu ma’ Juventus u kienu tilfu 4-3. Dak iż-żmien hu kien player ta’ Juventus u meta spiċċat il-partita, Mourinho kien sabu u sejjaħlu bħala fenomenu.

Dybala s’issa lagħab sitt partiti ma’ Roma u skorja tliet goals.

Sport