Wednesday, April 24, 2024

Berlusconi jiddefendi lil Putin lejliet l-elezzjoni ġenerali

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi ddefenda lil Vladimir Putin dwar l-invażjoni tal-Ukrajna u qal li r-Russja kienet “sfurzata” f’dan il-kunflitt. 

Għada l-poplu Taljan se jkun qiegħed jivvota fl-elezzjoni ġenerali u fiha l-partit ta’ Berlusconi mistenni li jkun man-naħa r-rebbieħa. Berlusconi, li llum għandu 85 sena, huwa ħabib ta’ Vladimir Putin u ddefendieh dwar l-invażjoni li saret ġewwa l-Ukrajna. Huwa qal li n-narrattiva li l-gvern Ukren kien qiegħed joqtol persuni Russi fil-Lvant tal-pajjiż kienet ivvintata mill-midja ta’ Russa u dawn kienu rapporti mbuttati ’l quddiem minn forzi separatisti u politiċi nazzjonalisti fi ħdan il-gvern Russu. Dawn ma ħallew l-ebda għażla oħra għal Putin ħlief li jniedi l-invażjoni. 

Skontu, “Putin kien sfurzat mill-popolazzjoni Russa, mill-partit tiegħu u mill-ministri tiegħu biex jivvinta din l-operazzjoni speċjali.” Berlusconi tenna li l-ħsieb kien lil, “it-truppi Russi jidħlu fi Kiev fi żmien ġimgħa, ineħħu lill-gvern ta’ Zelensky, ipoġġu minfloku nies diċenti u jitilqu.” “Iżda,” żied jgħid Berlusconi, “minflok huma [ir-Russi] sabu reżistenza li ma stennewx, li mbagħad kienet megħjuna b’kull xorta ta’ armi mill-Punent”

Ta’ min ifakkar iżda li f’April li għadda Berlusconi kien ikkundanna din l-invażjoni u dakinhar kien qal li hu “dispjaċut u mdejjaq ħafna” bl-imġiba ta’ Putin u żied jgħid li, “il-massakri ta’ nies ċivili f’Bucha u żoni oħrajn huma delitti tal-gwerra reali.”

Sport