Sunday, December 22, 2024

Żewġ żgħażagħ jeħilsuha ħafif wara li nqalbu bil-vettura fil-Mosta

Aqra wkoll

Żewġ persuni ħelsuha ħafif wara li kmieni dagħlodu kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Valletta fil-Mosta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12:40 a.m meta għal xi raġuni vettura tal-għamla BMW spiċċat maqluba fuq is-saqaf.

Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanza u tim mediku li taw l-ewwel għajnuna tagħhom.

Fortunatament is-sewwieq; żagħżugħ ta’ 20 sena residenti il-Mosta u anke l-passiġġier li kellu miegħu ta’ 17-il sena rnexxielhom joħorġu waħidhom mill-vettura. 

Huma ngħataw kura fil-post minħabba x-xokk li sofrew, iżda ma kienx hemm bżonn li jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei.

Filwaqt li l-Pulizija kompliet bl-investigazzjonijiet tagħha, il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħadu ħsieb li jeliminaw il-periklu minħabba xi żejt li nxtered kawża tal-inċident.

Ekonomija

Sport