Tuesday, May 14, 2024

Il-kontinġent Malti preżenti għal COJI Jeux des Iles

Aqra wkoll

Malta se terġa’ tkun preżenti għall-COJI Jeux des Îles, li se jsir f’Mallorca bejn illum u d-29 ta’ Mejju.

Il-kontinġent Malti, akkumpanjat mix-Chef de Mission Nigel McCarthy u Vicky Cutajar Licari mis-Segretarjat tal-KOM,  jikkonsisti fi tlieta u erbgħin atleta li se jkunu qed jikkompetu fl-Atletika, Ġinnastika, Għawm,  l-Ibburdjar, Karate, , u Table Tennis.

Dawn il-Logħob inbdew fl-1989 u l-għan tagħhom huwa li jiżviluppaw mezz ta’ integrazzjoni soċjali bejn il-pajjiżi Ewropej billi jippromwovu skambji kulturali u sportivi mmirati lejn iż-żgħażagħ tal-gżejjer. Il-Logħob huwa miftuħ għall-atleti ta’ bejn id-9 u s-17-il sena u Malta ilha tieħu sehem f’dawn il-Logħob mill-2004.

“Dawn il-Logħob huma l-opportunità perfetta għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ atleti li qed jikkompetu biex jirrappreżentaw lil Malta internazzjonalment. L-istorja ta’ Malta f’dawn il-Logħob kienet pożittiva ħafna b’diversi atleti eventwalment jikkompetu f’logħob ta’ livell ogħla, b’dan ikun l-ewwel avveniment tagħhom mal-Kumitat Olimpiku Malti” irrimarka Nigel McCarthy, Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-MOC u Chef de Mission.

Ella Fenech Attard (Għawm) u Matthew Camilleri (Ibburdjar) ġew magħżula bħala l-atleti li ser jżommu l-bandiera Maltija fiċ-Ċerimonja tal-Ftuħ.

Il-Kontinġent Malta hu magħmul minn

Atletika: Kareem Luca Chouhal, Shaneisa Azzopardi, Mirae Micallef, Anthea Cassar, Sonique Gatt, Jade Bord, Paula Sammut, Aidan Micallef.

Uffiċjali: Antonella Chouhal, Anthony Fava

Għawm Liam Rodenas, Zea Caruana Garzia, Julienne Woods, Luca Grixti, Caine Schembri, Martina Camilleri, Ella Fenech Attard, Roanna Farrugia, Sophia Allen, Matthew Satariano

Uffiċjal: Jeffrey Galea

Ġinnastika: Philippa Busuttil, Faith Anouk Cassar Fenech, Hannah Grech, Lyana Curmi Inguanez

Uffiċjali: Francesca Borg, Dario Santacroce, Nataliya Berehova

Ibburdjar: Poyraz Fidanboy, Marianne Heller, Matthew Camilleri, Katie Muscat Frendo

Uffiċjali: Ruya Cakmakli, Panagiotis Papadakis

Karate: Emma Mizzi, Kaya Sultana Valentine, Cristina Tonna

Uffiċjal: Joseph Mizzi

Table Tennis: Luke Fenech, Luke Bonello

Uffiċjal: Peter Borg Cardona

Sport