Saturday, May 9, 2026

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ droga f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Nhar il-Ħamis waqt li l-pulizija kienu fuq ronda ta’ rutina fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan, innutaw żewġt irġiel suspettużi ġo vettura li ġew imwaqqfa mill-Pulizija.

Minn tfittxija li saret, fuq wieħed minnhom instabu 6 qratas b’sustanza suspettata kokaina. Ir-raġel li għandu 34 sena u residenti Ħal Tarxien, ġie arrestat fuq il-post.

Fl-istess triq ilbieraħ, waqt li l-pulizija reġgħu kienu fuq ronda, ġew infurmati minn xi persuni b’allegat traffikar ta’ droga f’bar fl-imsemmija triq. Il-pulizija daħlu fil-bar, fejn innutaw żewġt irġiel li qajmu suspett.

Waqt tfittxija fuq wieħed minnhom instabu 3 qratas b’sustanza suspettata kokaina u 9 qratas b’sustanza suspettata kannabis. Ir-raġel, Somalu ta’ 36 sena ġie wkoll arrestat fuq il-post.

Iż-żewġt irġiel mistennija jitressqu l-qorti llum għall-ħabta ta’ nofsinhar quddiem il-Maġistrat Dr N. Vella LLD.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport