Thursday, December 26, 2024

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ ħruq ta’ ħanut f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Il-Pulizija mill-Arsons Unit fi ħdan l-Iskwadra tar-Reati Maġġuri flimkien mad-Distrett ta’ Ħal Qormi, wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 48 sena u Taljan 43 sena, it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar, b’rabta ma’ ħruq ta’ ħanut.

Nhar id-29 t’Awwissu li għadda, għall-ħabta tal-11.00p.m., il-Pulizija flimkien mal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, intalbu jassistu fi Triq Ħammieri, Ħal Qormi, għax ħanut kien ħa nar. 

L-uffiċjali marru fuq il-post, ikkontrollaw in-nirien u ġiet infurmata bil-każ il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ħatret inkjesta.

Wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet u analiżi ta’ filmati tal-kameras tas-sigurtà, il-Pulizija rnexxielha tidentifika l-allegati nies li taw in-nar u ġew arrestati.

L-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tal-10.30a.m. quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak.

Ekonomija

Sport