Saturday, December 21, 2024

Żewġt irġiel jindarbu f’argument f’San Pawl il-Baħar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9:00 p.m , il-Pulizija ntalbet tassisti f’Misraħ il-Bajja, San Pawl il-Baħar minħabba argument bejn grupp ta’ persuni.

Il-Pulizija marret immedjatament fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li grupp ta’ nies mhux magħrufa kienu bdew argument u aggredew raġel ta’ 28 sena u raġel ta’ 34 sena li jgħixu San Pawl il-Baħar. Aktar tard l-aggressuri ħarbu mill-post.

Iż-żewġt irġiel ittieħdu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta għal kura. Aktar tard ir-raġel ta’ 28 sena ġie iċċertifikat li kellu ġrieħi gravi filwaqt ir-raġel ta’ 34 sena kellu ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport