Friday, October 4, 2024

Il-Pakistan f’dalma waħda wara qtugħ fil-provvista tal-elettriku

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Provvista tal-elettriku qiegħda tiġi rkuprata gradwalment f’xi żoni fil-Pakistan wara qtugħ fil-provvista madwar il-pajjiż kollu. Għall-ħabta ta’ nofsillejl, id-djar madwar il-pajjiż spiċċaw f’dalma waħda. 

Uffiċjali appellaw għall-kalma u wissew li dan l-inkonvenjent seta’ jieħu numru ta’ sigħat sakemm il-provvista tirritorna għan-normal.

Din il-problema hija xi ħaġa komuni fil-Pakistan. Tant hu hekk li f’każi bħal dawn, faċilitajiet essenzjali bħalma huma l-isptarijiet normalment jużaw ġeneraturi li jaħdmu bid-diesel.

L-aktar bliet milqutin jinkludu Islamabad, Lahore u Karachi. Il-Ministru għall-Enerġija Omar Ayub Khan ikkonferma li għaddejja investigazzjoni biex ikun magħruf x’wassal għal dan il-qtugħ fil-provvista.

Sport