Raġel ta’ 55 sena u żagħżugħ ta’ 23 sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident bejn tractor u karozza tal-għamla Mercedes Benz.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.45.m. fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.
Kawża ta’ dan l-inċident, it-tractor inqaleb u spiċċa f’roundabout.
Ir-raġel li kien qiegħed isuq it-tractor sofra ġrieħi gravi filwaqt li l-ġuvni ta’ 23 sena sofra ġrieħi ħfief.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.