Wednesday, April 24, 2024

Tottenham Hotspur ikollhom iħallsu €20 miljun jekk iridu lil Weston McKennie

Aqra wkoll

Sar magħruf li Tottenham Hotspur ikollhom jonfqu somma ta’ €20m jekk iridu jakkwistaw lil Weston McKennie minn ma’ Juventus.

Wara l-wasla tal-ex coach tal-Bianconeri Antonio Conte, it-Taljan u l-kompatrijott tiegħu Fabio Paratici qed jiġu mbassra li se jkunu qed jagħmlu diversi offerti għall-players tas-Serie A fl-2022.

McKennie ġie msejjaħ bħala mira għal Spurs, biż-żagħżugħ ta’ 23 sena qed jitħabat biex isir parti konsistenti mill-pjanijiet tal-Bianconeri taħt Massimiliano Allegri.

Juventus ikunu lesti li jħallu lill-internazzjonali tal-Istati Uniti jitlaq jekk jirċievu €20 miljun għas-servizzi tiegħu.

Huwa mifhum li Allegri kien impressjonat bil-wirjiet riċenti ta’ McKennie u bl-attitudni lejn it-taħriġ, iżda mhux meqjus bħala player indispensabbli mill-club.

McKennie skorja żewġ goals fl-aħħar tliet logħbiet tiegħu fis-Serie A u mistenni jsir free agent fis-sajf tal-2025.

Sport