Thursday, March 28, 2024

Aġġornat: Sewwieq ta’ tractor jindarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Raġel ta’ 55 sena u żagħżugħ ta’ 23 sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident bejn tractor u karozza tal-għamla Mercedes Benz.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.45.m. fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.

Kawża ta’ dan l-inċident, it-tractor inqaleb u spiċċa f’roundabout.

Ir-raġel li kien qiegħed isuq it-tractor sofra ġrieħi gravi filwaqt li l-ġuvni ta’ 23 sena sofra ġrieħi ħfief.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Ekonomija

Sport