Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, l-għadd kollu ta’ persuni li qattgħu xi ljieli fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni kollettiva laħaq is-654,784, filwaqt li l-għadd kollu tal-iljieli mqattgħin kien taʼ 2,583,078.
Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li fl-ewwel kwart tal-2026, il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-iljieli kienu mqattgħin f’lukandi ta’ erba’ stilel b’50.2% fil-midja tal-għadd sħiħ.
Meta mqabbel mal-istess perjodu taʼ sena qabel, it-tul medju ta’ dawn iż-żjajjar fl-istabbilimenti taʼ akkomodazzjoni kollettiva niżel għal 3.9 iljieli. L-użu nett taʼ sodod kien taʼ 52.9 fil-mija, żieda taʼ 0.4 punti perċentwali meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2025.
FʼMarzu li għadda, fʼpajjiżna kien hawn 359 stabbiliment taʼ akkomodazzjoni kollettiva attiv, li bejniethom kellhom 23,878 kamra tas-sodda u 55,308 sodod.
Fl-ewwel kwart tal-2026, l-għadd sħiħ taʼ persuni li qattgħu xi ljieli fi stabbiliment taʼ akkomodazzjoni kollettiva fʼMalta kien taʼ 629,805, li huwa żieda taʼ 15.6 fil-mija fuq l-istess perjodu taʼ sena qabel. Kien hemm ukoll żieda taʼ 11.0 fil-mija fl-għadd taʼ ljieli mqattgħin sabiex dawn laħqu ż-2,526,612.
FʼGħawdex u Kemmuna, il-persuni li qattgħu xi ljieli fi stabbiliment taʼ akkomodazzjoni kollettiva żdiedu bi 15.0 fil-mija sabiex laħqu l-24,979, filwaqt li l-iljieli li għamlu żdiedu bi 12.4 fil-mija sabiex laħqu s-56,466.

