Żieda fil-prezz tal-fast ferry għat-turisti

Aqra wkoll

Mill-ewwel ta’ Jannar li ġej, dan iċ-ċekk se jibqa’ jingħata biss lil Maltin u l-Għawdxin, ċittadini residenti tal-Unjoni Ewropea u Long Term Residents.

Mhu se jkun hemm ebda tibdil fl-eligibilità għal dawk li ġa qed jagħmlu użu mis-servizz llum il-ġurnata sakemm uliedhom jikbru u ma jibqgħux aktar eliġibbli. Iżda mis-sena d-dieħla l-elegibilità għal dan is-servizz bla ħlas ser tibqa’ biss għall-Maltin u Għawdxin, ċittadini residenti tal-Unjoni Ewropea  u dawk li jissodisfaw il-kriterji bħala Long Term Residents.

Kull vjaġġ tal-Fast Ferry għat-turisti se jiżdied bi €3. Dan filwaqt li se jkun hemm ukoll reviżjoni fin-noll tal-vapur ta’ Għawdex għal dawk li ma jirrisjedux f’pajjiżna. 

Passiġġiera adulti (mhux residenti) ser ikunu qed iħallsu l-prezz ta’ €11 filwaqt tat-tfal ser iħallsu €7. Fl-istess waqt, it-tariffa ta’ vettura misjuqa minn persuna mhux residenti ser titla’ għal €22.

Se ssir reviżjoni tal-ħlasijiet tar-reġistrazzjoni annwali. Dan ser ikun qed japplika għal dawk kollha li għandhom bastimenti minn 10 metri ’il fuq, fejn se jiġu introdotti kategoriji skont it-tul tal-bastiment u r-reviżjoni se tapplika skont dawn il-kategoriji. 

Dan mhux se japplika għas-sajjieda professjonali tagħna, kif ukoll għal dawk l-Għawdxin u Maltin kollha li l-bastiment tagħhom hu inqas minn 10 metri.

Il-Gvern se jdaħħal qafas ġdid li permezz tiegħu, kumpaniji b’turnover li ma jeċċedix miljun ewro jkunu jistgħu jibbenefikaw minn rata ta’ taxxa ta’ 25% minflok 35%. 

Kemm-il darba l-profitti jittieħdu bħala dividendi r-rata ta’ 35% xorta tibqa’ tapplika.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport