Monday, May 13, 2024

ŻIEDA IL-MARGNI TAL-QLIGĦ F’SENA TA’ INFLAZZJONI GĦOLJA

Aqra wkoll

Hu fatt li llum hu pruvat minn għadd ta’ studji li nħarġu filqasam internazzjonali li kien hemm kumpaniji kbar multi nazzjonali li gawdew sew mill-inflazzjoni għolja. Dan għax waqt li l-inflazzjoni kienet għolja, dawn l-istess kumpaniji kbar kienu qed jaraw żieda sostanzjali fil-profitti u fid-dħul tagħhom.

Hu ppruvat ukoll li parti mill-inflazzjoni kienet ġejja minn sitwazzjoni fejn kumpaniji rikbu fuq il-mewġa ta’ inflazzjoni. Din rajniha anke f’pajjiżna. Hu fatt illum li għandna kumpaniji u importaturi tal-ikel li proprju flaħħar sena minkejja rata ta’ inflazzjoni għolja f’pajjiżna, dawn l-istess kumpaniji raw żieda fid-dħul tagħhom u żieda fil-profitti.

Għal ħafna prodotti, minkejja iż-żieda fil-prezzijiet matul l-aħħar xhur, il-prezzijiet baqgħu ma niżlux minkejja li r-rata tal-inflazzjoni bdiet tonqos. Din is-sitwazzjoni, bla dubju ta’ xejn timmerita li tkun analizzata u investigata. Hu fatt li hemm prezzijiet li anke meta tqabbilhom ma kemm jinbiegħu f’pajjiżi ġirien tagħna, issib li f’pajjiżna huma għola u f’xi każi ferm ogħla.

Ovvjament wieħed ma jistax ma jistaqsix x’se jiġri wara li tintemm liskema Stabbilità. Il-prezzijiet, affettwati bl-iskema se jibqgħu bl-istess prezz jew se jmorru għal li kieku. Tqum il-mistoqsija x’tip ta’ skrutinju qed isir fejn jidħlu l-prezzijiet ta’ prodotti partikolari fosthom dawk tal-ikel.

Bħal dan iż-żmien sena, f’Indiċi tal-Prezzijiet tal-Ikel tal-Organizazzjoni Dinjija tal-Ikel kien intqal li dan kien qabeż b’26% fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2022. Madankollu, wara dan naqas, bil-prezzijiet fl-aħħar ta’ April tal-2023 ikunu 1% biss ogħla mil-livell tal-prezzijiet tal-2021.

Din ix-xejra rajniha wkoll filprezz tal-gass naturali tat-TFT Olandiż tal-UE fejn dan kien spara minn medja ta’ madwar €33 għal kull MWh f’Ġunju tal-2021 għal madwar €253 f’Awwissu tas-sena 2022. Minn hemm ’il quddiem, dan il-prezz qabad triq ta’ tnaqqis qawwi, tant li salaħħar ta’ April tas-sena 2023 niżel
għal madwar €38, li huwa ferm eqreb għal-livell tal-prezz ta’ Ġunju 2021.

Jekk nieħdu l-prezz taż-żejt mhux raffinat Brent fl-aħħar ta’ Diċembru 2019 (qabel il-COVID) kien ta’ madwar $66 għal kull barmil. Imbagħad qabeż għal madwar $120 meta faqqgħet il-gwerra fl-Ukrajna f’Marzu 2022. Madankollu, minn dak
iż-żmien ’l hawn, dan naqas b’mod sinifikanti għal $77 sal-aħħar ta’ April
2023, li madankollu jibqa’ madwar 17 fil-mija ogħla mil-livell ta’ qabel il-COVID.

Statistika bbażata fuq informazzjoni miġbura minn National Accounts, turi li l-marġni ta’ qligħ fis-sena 2022 stmata f’Malta prattikament ma nbidlitx minn dik irreġistrata fl-2019. Prattikament dan jimplika li spejjeż ogħla fil-produzzjoni
kienu trażmessi bis-sħiħ fuq il-prezzijiet tal-bejgħ, u l-profitti f’termini ta’
ewro żdiedu b’din iż-żieda fl-ispejjeż.

Biss f’settur bħal dak tal-agrikoltura u s-sajd, il-manifattura, ilproprjetà immobbli, u l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, flimkien mas-servizzi tal-akkomodazzjoni u
tal-ikel, irrapportaw żieda fil-marġni ta’ qligħ tagħhom fl-2022.

Dawn kienu wkoll is-setturi li l-prezz tagħhom fis-suq żdied b’rata ogħla mill-medja tal-pajjiż ta’ 5.2%. L-uniku settur li ma kellux l-istess xejra kien dak tal-kostruzzjoni, fejn minkejja rata għolja ta’ inflazzjoni għal dan is-settur, il-marġni ta’ qligħ tiegħu naqset, u dan jindika li ż-żieda fl-ispejjeż li ġarrab dan is-settur ma ġietx trażmessa bis-sħiħ.

Nemmnu li hemm bżonn li jkun hemm skrutinju fuq il-prezzijiet. Hawn min qed jipprova b’mod ġenwin jara li jkun kompetittiv, imma għandna wkoll min fis-suq rikeb u qed jipprova jirkeb fuq l-inflazzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport