Wednesday, July 24, 2024

Jinġabru €5,800 b’risq Puttinu Cares waqt il-funeral taż-żagħżugħa Leanne

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Jidher li x-xewqa tal-familja ta’ Leanne Schembri intlaqgħet sew, hekk kif kienu bosta dawk li taw donazzjonijiet lil Puttinu minflok inxtraw il-fjuri. F’kitba li ttellgħet minn Puttinu Cares, tħabbar li waqt il-quddiesa tal-funeral inġabret is-somma ta’ €5,800

Fl-istess messaġġ, Puttinu Cares intqal li Leanne kienet tfajla simpatika u dejjem bi tbissima fuq wiċċha u li minkejja li batiet l-uġigħ fis-skiet minħabba l-kundizzjoni tagħha, dejjem kienet lesta biex tgħin lil ta’ madwarha, speċjalment dawk l-iktar fil-bżonn, l-iktar it-tfal u l-ġenituri tagħhom.

Fiil-messaġġ intqal ukoll li hi baqgħet tiġġieled sal-aħħar biex tfiq. Permezz ta l-organ donation, il-cornea taż-żagħżugħa għadhom jgħixu f’żewġ pazjenti oħrajn. Il-memorja tagħha se tibqa’ mfakkra permezz ta’ plakka fi kċina tal-bini il-ġdid ta’ Puttinu Cares f’Londra.

Ekonomija

1 kumment

  1. Sur Casa.Mela meta taghmel il hsara lill ghajrek hija glieda qaddisa.Tahseb lu insejnih il whistle blower ta ftit ta zmien ilu.Komplu kissru lill pn.Grazzi.

Comments are closed.

Sport