Monday, December 2, 2024

Żieda ta’ 13.2% fit-turisti li waslu Malta f’Ottubru

Aqra wkoll

F’Ottubru li għadda waslu Malta  355,561 turist, li jfisser żieda ta’ 13.2% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena 2023

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li f’Ottubru li għadda ġew 329,388 turisti fuq btala filwaqt li 19,118 oħra ġew għal skop ta’ xogħol.

L-akbar għadd ta’ turisti kellhom bejn il-45 u l-64 sena. Warajhom kien hemm dawk fl-età ta’ bejn l-25 u l-44 sena. Residenti mir-Renju Unit, mill-Italja u mill-Ġermanja, kienu jammotaw għal 43.5% tat-turisti kollha li waslu Malta.

Meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ ljieli mqattgħin f’Malta żdiedu b’7.3% biex qabeż it-2.2 miljun lejl. L-akbar ammont ta’ ljieli kienu mgħoddija fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni mikrija. It-tul medju taʼ dawn iż-żjajjar kien jammonta għal 6.2 iljieli.

FʼOttubru 2024, in-nefqa sħiħa tat-turisti qabżet il-€356.5 miljun, li hija żieda taʼ 18.4% fuq l-istess xahar sena qabel. L-infiq medju kull lejl kien stmat li kien €160.8.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport