Il-membri tal-midja aktar kmieni kellhom l-opportunità li jmorru fuq is-set tal-film li preżentament qiegħed jinġibed f’Malta, “Last Breath”. Dan it-thriller għandu bħala atturi protagonisti lil Simu Liu, Finn Cole u Woody Harrelson.



Il-film “Last Breath” huwa bbażat fuq dokumentarju tal-2019 dwar bugħaddas li spiċċa għal aktar minn 35 minuta f’qiegħ il-baħar meta realment kellu biss ħames minuti ta’ ossiġinu għad-dispożizzjoni tiegħu.