Friday, December 13, 2024

“Żjara lil tibgħat messaġġ b’saħħtu li aħna lkoll ugwali”

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fost stennija għall-merħba ta’ Papa Franġisku fil-Laboratorju tal-Paċi ltqajna ma’ komunità mħallta ta’ Ukreni, immigranti u nies oħra.

Tkellimna ma’ Joshua Kakum fejn qasam magħna l-ferħ kbir, kemm għalih kif ukoll għal bintu, li għandhom l-opportunità li jaraw lill-Papa Franġisku.

Huwa qalilna: “Din iż-żjara tibgħat messaġġ b’saħħtu li kulħadd huwa ugwali. Kull sezzjoni tas-soċjetà hija ugwali. Din hija l-ewwel darba li qed niltaqa’ mal-Qdusija Tiegħu u huwa ta’ pjaċir kbir li niltaqa’ ma’ wieħed minn ulied Alla.”

Żied jgħid: “Iż-żjara tal-Papa hawn Malta u fost il-migranti tnissel fija sens ta’ tama. Issa noqgħod Għawdex wara li qabel kont ngħix Ħal Far u Ħal Balzan. Mort ukoll l-Amerika u meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra, nista’ ngħid li integrajt tajjeb f’Malta tant li għandi ħbieb, issa ngħix waħdi u naħdem bħala self employed.”

Ekonomija

Sport