Tuesday, May 14, 2024

Skoss kbir għal Floriana

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Floriana …….0

Gzira Utd …..1

B’bosta players titolari neqsin, Gzira United għelbu lil Floriana bl-iskor ta’ 1-0 biex filwaqt li saħħew it-tamiet tagħhom li jtemmu fit-tielet post, huma taw majnata qawwija lill-istess Greens fit-tentattiv tagħhom li jkomplu jisfidaw għar- rebħ tat-titlu. Din it-telfa issa tagħmel lil Hiber­nians favo­riti netti li jirbħu l-kampjonat fejn illum jilagħbu kontra Hamrun Spartans.

Il-Maroons fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu mal- kwarta logħob meta Nevin Portelli xeħet cross lejn TONI KOLEGA li minn taħt il-lasti tefa’ ġewwa.

Floriana wieġbu żewġ minuti biss wara meta Andrei Ciolacu kellu xutt fil-baxx minn pożizzjoni angolata li ġie mdawwar f’corner mill-goalkeeper Darijan Zar­kov.

Fl-20 minuta, l-istess Ciolacu avvanza tajjeb fil-kaxxa u wiċċ imb’wiċċ ma’ Zar­kov ra lill-goalkeeper tal-Maroons isalva tajjeb.

Fl-40 minuta, Kristijan Keqi kellu xutt angolat fil-baxx li għadda ftit barra.

Żewġ minuti biss wara, Ciolacu f’azzjoni kważi foto-kopja għal dik preċedenti kellu tentattiv fil-baxx li ntemm ftit barra wkoll.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Floriana komplew bl-istess ritmu u fil-51 minuta Kemar Reid temm azzjoni tajba b’xutt sabiħ li kien imblukkat f’corner minn Gabriel Bohrer Mentz.

Huma komplew jattakkaw u żewġ minuti biss wara l-istess Reid kellu xutt ieħor salvat f’corner mill-goalkeeper Zarkov.

Fit-53 minuta Andrei Ciolacu ttanta xortih permezz ta’ xutt tajjeb minn pożizzjoni ideali li reġa’ ġie mdawwar f’corner minn Zarkov.

Floriana komplew jassedjaw il-lasti avversarji u fis-60 minuta, Rumyan Hovsepyan għadda tajjeb lejn Ryan Camenzuli li kellu xutt fil-baxx tiegħu jistampa ma’ sieq il-wieqfa.

Gzira wieġbu fit-82 minuta permezz ta’ free-kick insidjuż ta’ Gabriel Mentz li ġie salvat f’żewġ tentattivi mill-goalkeeper Georgi Kitanov.

Il-Greens reġgħu ħolqu l-periklu fis-76 minuta meta Andrei Ciolacu, li ħadem kemm felaħ matul il-partita kollha minkejja li ma rnex­xielux isib ix-xibka avversarja, reġa’ resaq viċin iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet ftit barra.

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend, 4-Oualid El Hasni, 5-Zachary Cassar, 6-Rumyan Hovsepyan (22-Brandon Paiber 64), 9-Kristijan Keqi (8-Kemar Reid 46), 10-Jose Ulises Arias, 11-Andrei Ciolacu, 28-Emiliano Calegari, 30-Jan Busuttil (21-Mattia Veselji 81), 94-Ryan Camenzuli   – Coach: Gianluca Atozri

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel B2ohrer Mentz, 4-Marko Cosic, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani, 9-Toni Kolega, 11-Yuri De Jesus Messias, 19-Antonio Pavic, 20-Nevin Portelli, 21-Jean Paul Attard   – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORER: T. Kolega 15 (GU)

AMMONITI: G. Bohrer Mentz, A. Pavic (G), K. Reid, E. Callegari, O. El Hasni (F)

Sport