Saturday, December 21, 2024

Żjara mill-Pulizija ta’ Montenegro biex jesplorawl-użu tal-body-worn cameras

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem, delegazzjoni mill-Pulizija tal-Montenegro żaru l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta sabiex jesploraw kif qiegħda taħdem b’suċċess is-sistema tal-body-worn cameras f’pajjiżna u kif jistgħu jintegraw l-użu ta’ kameras simili f’pajjiżhom.

Id-delegazzjoni tal-Montenegro pparteċipat f’diversi sessjonijiet mal-Uffiċjali Maltin, fejn intwerew l-użu ta’ din it-teknoloġija fl-infurzar tal-liġi. Iż-żjara kienet tinkludi fost oħrajn dimostrazzjonijiet prattiċi, il-protezzjoni tad-data, l-aspett legali, u kapaċitajiet virtwali u diretti tal-kameras.

L-Uffiċjali minn Montenegro setgħu josservaw mill-qrib l-introduzzjoni ta’ din is-sistema fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, u ġew provduti b’għarfien siewi dwar l-isfidi
operattivi.

Din l-inizjattiva tirrifletti l-impenn kontinwu tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta sabiex jaqsam lgħarfien tiegħu u jsaħħaħ l-istandards u l-esperjenza tiegħu fuq livell internazzjonali.

Ekonomija

Sport