Wednesday, October 9, 2024

Fil-Malasja: Il-Pulizija ssalva 402 tifel u tifla minn abbużi sesswali f’20 djar tat-tfal

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tal-Malasja nhar il-Erbgħa, salvaw 402 tifel u tifla u arrestaw madwar 171 persuna. Dan wara li fil-pajjiż sar rejd wara li għamlu rejd f’20 djar tat-tfal, marbuta ma’ grupp kummerċjali Iżlamiku, fejn allegatamet it-tfal kienu qed jiġu abbużati sesswalment.

F’kumment li ta lill-midja, Razarudin Husain li huwa l-Ispettur Ġenerali tal-Pulizija fil-pajjiż, qal li r-rejds saru wara investigazzjonijiet minħabba allegazzjonijiet minn diversi dwar l-fatt li bosta tfal kienu qed jiġu abbandunati u attakkati sesswalment fl-istess djar.

Husain spejga wkoll li l-402 tifel u tifla, li kellhom bejn sena u sbatax il-sena, ġew salvati minn 18-il dar fl-istat ċentrali ta’ Selangor u tnejn fl-istat tan-Nofsinhar ta’ Negeri Sembilan. Huwa mifhum li s-suspettati, jiġifieri 66 raġel u 105 mara, jinkludu għalliema tar-reliġjon u dawk li jieħdu ħsieb lit-tfal.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport