Saturday, May 4, 2024

Zlatan Ibrahimovic lura ma’ Milan bħala diriġent?

Aqra wkoll

L-eks attakkant internazzjonali Żvediż Zlatan Ibrahimovic hu pass bogħod milli jidħol fl-amministrazzjoni ta’ AC Milan. Hu kellu laqgħa mas-sid Gerry Cardinale wara l-logħba mill-UEFA Champions League kontra Paris St Germain li i Rossoneri rebħu 2-1.

Cardinale stess ilu jsostni li jrid bniedem bħal Ibrahimovic sabiex jagħtu dik il-motivazzjoni lill-plejers tat-tim. Hu qed jaħseb sabiex jagħmlu konsulent f’isem il-klabb għalkemm huma għad iridu jiddiskutu r-rwol eżatt tiegħu.

Sport