Friday, November 15, 2024

“Żomm sod u ftakar dejjem fl-4 ulied illi għandek”

-Il-Maġistrat Nadine f’każ fil-Qorti

Aqra wkoll

“Minkejja li s-sitwazzjoni mhijiex waħda faċli, għandek tagħmel rasek hemm sabiex ma twettaqx reat ieħor u tispiċċa l-Qorti u ftakar dejjem li ma tistax dejjem tkompli tipprova f’relazzjoni li mhux dejjem huwa possibli li tirnexxi”.

Dan kien kliem il-Maġistrat Nadine Lia, hekk kif kienet qed tipprosedi każ, fejn fih tressaq raġel ta’ 42 sena fuq akkużi relatati ma’ theddid lill-eks sieħba tiegħu.

Fil-Qorti, Lawence Spiteri ken qed jiġi akkużar li kkaġuna biża fuq l-eks sieħba tagha, li bagħat messaġġ mhux xierqa u li kiser l-ordni ta’ trażżin.
Il-Prosekuzzjoni qalet li s-sieħba għamlet rapport mal-Pulzija, fejn qalet li l-eks sieħeb tagħha kien hedded liilha u li bagħat lil binha messaġġi awdjoviżivi bi kliem oxxen.

Il-Prosekuzzjoni żiedet tgħid li l-akkużat ġie arrestat fl-ajruport ta’ Malta, hekk kif irnexxielhom jagħmlu kuntattt mal-impjegat tiegħu wara li ppruvaw ifittuh diversi drabi u ma setgħux isibuh.

Fil-Qorti, l-akkużat wieġeb li huwa ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bil-Prosekuzzjoni tgħid li temmen li l-akkużat għandu jingħata sentenza sospiża u li jiġi mħares minn probation officer.

Min-naħa tagħha d-Difiża ma għamlitx oġġezzjoni u lanqas għamlet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti pproseduta mill-Maġistrat Nadine Lia kkundannat lill-akkużat, sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għal erba’ snin, flimkien ma’ multa ta’ 200 ewro. Il-Qorti ordnat ukoll protezzjoni ta’ trażżin favur il-vittma.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Chistian Cauchi.

Ekonomija

Sport