Thursday, May 14, 2026

11 -il sena ħabs għal raġel li pprova joqtol tarbija ta’ erba’ xhur fl-Iskozja

Aqra wkoll

Raġel ġie kkundannat 11 -il sena priġunerija fil-ħabs tal-Iskozja. Dan wara li nstab ħati li pprova joqtol tarbija ta’ erba’ xhur, bil-konsegwenza li din sofriet minn ġireħi f’moħħha.

Fil-Qorti ta’ Glasgow, ġie spjegat li minn testijiet li saru fuq it-tarbija irriżulta li din kellha diversi dbenġil u li kkawżalha xi ġrieħi f’wiċċha. 

Il-Qorti spjegat kif kawża ta’ dan kollu it-tarbija qed tbati minn Cerebal Palsy, kif ukoll għandha diversi problemi fil-vista.

Il-każ seħħ f’Awwissu tal-2023. Dan hekk kif bdiet investigazzjoni, wara li t-tarbija ddaħlet l-isptar ta’ Ninewells f’Dundee bi ġrieħi serji f’moħħha.

L-imħallef innota li l-akkużat għandu l-kundizzjoni tal-ADHD u problemi kbar ta’ rabja. Huwa iddikjara li Coates ma jistax ikun waħdu mat-tarbija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport