Sunday, December 22, 2024

111-il applikazzjoni ġdida għall-blue badge fl-ewwel ġimagħtejn tas-sena 

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li fl-ewwel ġimagħtejn ta’ din is-sena diġà kien hemm 111-il applikazzjoni ġdida biex persuna tara jekk għandhiex dritt li tingħata l-blue badge. Minn dawn sa issa ġew proċessati 19-il applikazzjoni filwaqt li l-oħrajn qed jistennew li jidhru quddiem bord sabiex jevalwa dawn l-applikazzjonijiet. 

Il-Blue Badge huwa dokument legali li jagħti l-possibilità lil persuni b’diżabilità (sid id-dokument) sabiex jipparkjaw il-vettura tagħhom, jew il-vettura li qiegħdin in transitu fiha, f’post ta’ parkeġġ riservat (kaxxa blu). Dan minħabba diffikultajiet fil-mobilità tagħhom jew diżabilitajiet oħra.

Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, il-Ministru Farrugia Portelli qalet ukoll li s-sena li għaddiet kien hemm 3,853 talba għall-blue badge, bi kważi 2,000 minnhom ikunu talbiet biex tkun imġedda l-blue badge.

Hija rrimarkat li d-dokument tal-blue badge mhux xi dritt sagrosant ta’ kull ċittadin, iżda jingħata lil min tassew għandu bżonn. Saħqet ukoll li hemm diżabilitajiet li ma jidhrux u għalhekk irid ikun hemm rispett lejn dawn in-nies u anke lejn il-bord li jitmexxa b’mod awtonomu u li huwa fil-ġudizzju tiegħu biss li dan id-dokument jinħareġ.

Ekonomija

Sport