Sunday, May 5, 2024

Il-pulizija tkompli bl-investigazzjonijiet dwar Andrew Tate

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Pulizija Rumena qed tkompli l-investigazzjoni tagħha dwar Andrew Tate. Fi tmiem il-ġimgħa, huma għamlu rejds u kkonfiskaw numru ta’ karozzi lussużi tiegħu, f’Bucharest.

Barra minn hekk għamlu rejd f’seba’ proprjetajiet oħra – inkluż villa li għadha kif ġiet rinnovata taħt il-Muntanji Karpazji.

L-istess villa imsemmija bdiet tiġi investigata mill-ġimgħa li għaddiet. Minbarra dan kollu, huma qed jagħmlu investigazzjoni biex jaraw kif Andrew Tate irnexxielu jikkonvinċi lin-nisa sabiex ikunu f’relazzjoni miegħu u jimmanipulahom biex eventwalment jispiċċaw jaħdmu għalih.

Mill-investigazzjoni li saret sa issa rriżulta li b’kollox hemm madwar sitt nisa li sfaw manipulati minnu. Il-ġimgħa l-oħra, żewġ nisa li kienu qegħdin jiġu investigati, qalu pubblikament li la Andrew Tate u lanqas ħuh qatt ma għamlu xejn ħażin.

Sport