Thursday, April 25, 2024

Moto GP: Team Honda jippreżentaw lil Joan Mir

Aqra wkoll

Team Honda ippreżentaw uffiċjalment lill-aħħar akkwist tagħhom Joan Mir li ngħaqad magħhom qabel il-bidu tal-istaġun il-ġdid tal-Moto GP. Dan tal-aħħar hu sewwieq Spanjol ta’ 25 sena li diġa’ għandu esperjenza vasta f’kompetizzjonijiet internazzjonali. 

Mir qal li se jkun qed jagħti l-almu tiegħu kollu mat-tim il-ġdid kollu apparti li mistenni jkun ta’ sfida għas-sewwieq l-ieħor Marc Marquez.

Mir għamel erba’ snin isuq ma’ Suzuki u mistoqsi dwar ir-responsabbilta’ ġdida li se jkollu, hu wieġeb li jaf x’se jsib quddiemu u hu se jkun qed jagħmel lis-sidien ta’ Honda kburin bl-għażla li għamlu.

Sport