Tuesday, September 24, 2024

117-il każ ġdid relatat mad-djar tal-anzjani fl-aħħar sebat ijiem

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn 2,632 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa, irriżultaw 39 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 18-il persuna li rkupraw. Dan wassal biex il-każi attivi f’Malta ta’ persuni infettati bil-Covid-19 issa tela’ għal 621.

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/203982714653613

Il-pazjenti

Is-sitwazzjoni fl-isptarijiet bħalissa hemm disa’ persuni f’Mater Dei fl-IDU, f’wards oħrajn hemm 10 persuni, tnejn oħra fit-taqsima tal-kura intensiva, 10 fl-isptar Boffa u 12-il persuna f’St. Thomas Hospital.

Il-każijiet

In-numru ta’ każijiet kienu f’ċertu peak u issa baqgħu tilgħin, xi ħaġa simili għal dak li qed jiġri f’pajjiżi oħrajn.

Il-Professur Charmaine Gauci tkellmet dwar il-każijiet relatati ma’ clusters.

Il-Clusters

Fil-bidu ta’ din il-mewġa kellek clusters relatati ma’ attivitajiet tal-massa u postijiet ta’ divertiment. Bil-miżuri li ttieħdu din ix-xejra nbidlet u fl-aħħar jiem il-maġġoranza tal-każi nstabu fi djar tal-anzjani.

Fl-aħħar sebat ijiem kien hemm 117-il każ ġdid relatati ma’ djar tal-anzjani li jinkludu residenti u staff.

Clusters relatati ma’ familja kien hemm 71 każ ġdid relatat ma’ familji fosthom persuni li jgħixu fl-istess dar ma’ dawk li jkunu rriżulaw pożittivi.

Il-każijiet fuq il-postijiet tax-xogħol kien hemm biss erbgħa każi konfermati fl-aħħar jiem u dan jikkonferma li l-postijiet tax-xogħol qed jieħdu l-miżuri neċessarji.

L-appelli jibqgħu li dawn il-każi pożittivi jinżammu f’iżolament u kemm jista’ jkun juża faċilitajiet għalih innifsu jew jekk dan mhux possibbli, isir it-tindif neċessarju.

20 każ attiv f’Għawdex

Waqt id-dettalji f’Għawdex Gauci qalet li l-każijiet li għandhom residenza rreġistrata f’Għawdex jammontaw għal 20 każ.

Sport