Friday, May 3, 2024

Sejħa għall-offerti għall-bini ta’ żewġ flyovers fl-Imsida

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Infrastruttura Malta ħarġet is-sejħa għall-offerti għall-bini ta’ żewġ flyovers fl-Imsida.

Il-proġett, li qed jissejjaħ Msida Creek Project, se jsir fl-inħawi ta’ fejn hemm il-Monument tal-Ħaddiem b’waħda mill-flyovers se twassal il-vetturi li jkun ġejjin min-naħa tal-Belt lejn l-Università u l-oħra viċi-versa.

Viċin l-għassa tal-Pulizija se jsir ukoll pont minn fejn il-pubbliku jkun jista’ jaqsam.

Il-proġett se jkun jinvolvi wkoll sistema ġdida għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita peress li l-inħawi huma magħrufin għal kemm iżommu ilmijiet.

Sport