Wednesday, March 27, 2024

Delia jniedi formalment il-kandidatura tiegħu f’kampanja għall-elezzjoni tal-mexxej tal-PN

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Hekk kif nieda formalment il-kandidatura tiegħu fil-kampanja tal-elezzjoni għal mexxej tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia ta rendikont ta’ dak li nkiseb fl-aħħar tliet snin, u x’jista’ jikseb fis-sentejn li baqa’ jekk it-tesserati jerġgħu jafdawh fit-tmexxija.

Delia qal li mhux talli ma bigħx il-propjetajiet u l-każini tal-Partit, iżda talli dawn bdew iħallu introjtu.

Rigward it-tesserati, Delia qal li fuq medda ta’ tliet snin, dawn żdiedu bi kważi 6,000. Huwa qal li l-ħsieb hu li dawn jiżdiedu bl-istess ritmu fit-tliet snin li ġejjin. B’hekk minn 18,000 tesserat fl-aħħar tliet snin, Delia jħares lejn 30,000 tesserat fis-snin li ġejjin.

Huwa appella biex il-midja ma tintużawx biex ikun hawn attakki politiċi u b’hekk “ninfatmu minn politika tribali”. Huwa qal li wasal iż-żmien li ningħaqdu biex il-poplu jkun jista’ jagħżel mill-ħafna tajjeb li joħroġ.

Delia tkellem dwar il-kandidati ġodda tal-PN u żied jgħid l-istess f’dan il-każ, il-ħsieb tiegħu u li jirduppjahom u li dawn ikunu kommessi li jiltaqgħu man-nies kull fejn jistgħu jilħquhom matul il-leġiżlatura sħiħa.

Delia tkellem dwar il-proposti imressqin minnu u b’sodisfazzjon laqa’ li l-gvern implimenta ħafna minnhom. Tkellem dwar il-prebuget document li fih jipproponi mudell ekonomiku li jista’ jgħin lill-poplu kollu. Tkellem li dwar id-dawl u l-ilma mhux biss jitraħħsu, iżda jrodd lura wkoll “dak li seraq” u l-jitraħħsu bin-nofs.

Rigward l-infrastruttura qal li nutli li nwaħħlu fin-natura u quddiem dan l-iżvilupp bla rażan, il-gvern ma għamel xejn biex isolvi din il-problema.

Ekonomija

Sport