Wednesday, April 24, 2024

Elaine Degiorgio tinħatar chairperson tal-Fondazzjoni iDEAT

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Avukat Elaine Degiorgio, ta’ 26 sena, inħatret bħala chairperson tal-Fondazzjoni iDEAT.

Elaine Degiorgio bdiet timmilita fil-Partit Laburista bħala uffiċjal tar-riżorsi umani fil-Forum Żgħażagħ Laburisti u aktar tard segretarja tal-bord tal-Fondazzjoni iDEAT.

B’dan l-irwol, Degiorgio se tkun qed tifforma parti mill-amministrazzjoni tal-Partit Laburista.

“Il-viżjoni tiegħi hi li l-Fondazzjoni tkun think tank tal-Partit Laburista, fid-dawl li s-soċjetà ta’ kuljum qiegħda tinbidel u l-prijoritajiet dejjem jinbidlu. B’dan il-mod, il-Fondazzjoni tista’ tkun il-magna ta’ ideat tal-Partit Laburista li tirrifletti l-aspirazzjonijiet tan-nies”, qalet iċ-Chairperson ġdid tal-Fondazzjoni iDEAT.

Il-Partit Laburista jirringrazzja lil Dominic Grech, li riċentament ħa l-irwol ta’ Sindku tal-lokalità tas-Siġġiewi, għall-ħidma tiegħu tul l-aħħar 4 snin bħala Chairperson tal-Fondazzjoni iDEAT.

“Illum qed ngħalaq kapitlu mill-isbaħ fl-esperjenza politika tiegħi bħala Chairman ta’ Fondazzjoni iDEAT, rwol li servejt b’tant entużjażmu tul dawn l-aħħar erba’ snin li ilni nservi f’din il-Kariga. Il-Fondazzjoni iDEAT żviluppat f’think-tank effettiva u m’għandix dubju li se tkompli tibni fuq it-tajjeb li sar f’dawn l-aħħar 10 snin mit-twaqqif tagħha.”

Sport