Saturday, May 18, 2024

119-il ħaddiema f’Għawdex biex iżommu l-bajjiet nodfa

Aqra wkoll

Matul ix-xhur li għaddew, wieħed seta’ jinnota t-tindif li kien qiegħed isir f’diversi bajjiet f’Għawdex u dan l-aktar fl-istaġun tas-Sajf meta jkun hemm influss qawwi ta’ turisti u Maltin.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal fil-Parlament li b’kollox hemm 119-il ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ tindif u li jżommu fi stat tajjeb 13-il bajja madwar Għawdex u Kemmuna.

Il-Ministru Camilleri kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said dwar dan is-suġġett.

Fir-risposta tiegħu l-Ministru għal Għawdex qal li f’Kemmuna li jfisser fil-bajja ta’ Blue Lagoon u dik ta’ Santa Marija hemm 19-il ħaddiem assenjati. Fil-bajja ta’ Daħlet Qorrot fin-Nadur hemm ħames ħaddiema filwaqt li d-Dwejra hemm 9 ħaddiema.

Il-Bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien li tinsab fil-limiti tal-Qala hemm 9 ħaddiema filwaqt li mal-bajjiet kollha li hemm f’Marsalforn hemm 18-il ħaddiem.

Il-Ministru Camilleri qal fil-Parlament li fil-bajja tal-Imġarr limiti ta’ Għajnsielem hemm 7 ħaddiema filwaqt li f’Imġarr ix-Xini f’Ta’ Sannar hemm 8 ħaddiema.

Bajja oħra kbira f’Għawdex hija dik tar-Ramla l-Ħamra li fiha l-Ministru għal Għawdex qal li hemm 19-il ħaddiema assenjati, filwaqt li f’San Blas fin-Nadur hemm 5 ħaddiema.

Rigward ix-Xatt l-Aħmar u l-bajja tal-Fessej f’Għajnsielem hemm 9 ħaddiema filwaqt li mal-bajja tax-Xlendi kollha hemm 11-il ħaddiem.

Sport