Saturday, May 4, 2024

HITT Academy WH Middle East jibqgħu l-ewwel wara rebħa kbira

Aqra wkoll

HITT Academy WH Middle East żammew l-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tat-table tennis meta ddominaw il-konfront tagħhom kontra Alpha Gewo tant li rebħu 6-0. B’hekk huma żammew ir-rekord perfett tagħhom minħabba li rebħu sitt logħbiet konsekuttivi sa mill-bidu tal-istaġun.

Top Spin TT Academy Valletta Pay Andro u HITT Academy Mosta Dome B & B żammew il-pass mal-leaders hekk kif rebħu l-konfronti rispettivi tagħhom kontra HITT Academy Home Trends (4-2) u HITT Academy Tibhar (5-1).

Alpha Calleja kisbu t-tieni rebħa staġjonali wara skor ta’ 4-2 konra Mosta Gunners.

Fit-tieni diviżjoni, PBC Table Tennis Bluegrip baqgħu fl-ewwel post b’rekord perfett ta’ punti.

PBC rebħu 5-1 lil HITT Academy Evolution filwaqt li Alpha Alberta Group ma kinux fl-azzjoni għalkemm xorta qed jaqsmu l-ewwel post flimkien ma’ tal-ewwel.

MITTC Butterfly Super Chak jinsabu biss punt warajhom għalkemm tilfu l-konfront tagħhom kontra Top Spin TT Valletta Pay Hexer 4-2.

HITT Academy Sports Experience jinsabu fl-ewwel post tal-kampjonat tat-tielet diviżjoni wara li għelbu lil Top Spin TT Academy Omagaed 6-0 f’konfront fejn huma ddominaw.

Sadanittant, Alpha Dynatec u Kindred jinsabu fit-tieni post tal-klassifika wara suċċessi ta’ Alpha Sensus (4-2) u HITT Academy Knights (5-1).

Fi grupp A tar-raba’ diviżjoni, il-leaders Sharp Shot Academy Playmobil baqgħu b’punti massimi wara li għelbu lil Alpha Firebolt 6-0 filwaqt li fi grupp B, PBC Table Tennis Bluestorm baqgħu jirbħu wkoll hekk kif irreġistraw skor ta’ 5-1 kontra Alpha Youths.

Sadanittant ir-riżultati kollha kienu dawn:

L-Ewwel Diviżjoni

Alpha Gewo vs HiTT Academy WH Middle East 0-6

Mosta Gunners vs Alpha Calleja Ltd 2-4

Topspin TT Academy Valletta Pay Andro vs HiTT Academy Home Trends 4-2

HiTT Academy Tibhar vs HiTT Academy Mosta Dome B&B 5-1

It-Tieni Diviżjoni

PBC Table Tennis Bluefire vs HiTT Academy Legends 4-2

HiTT Academy Evolution vs PBC Table Tennis Bluegrip 1-5

MITTC Butterfly Super Chak vs Topspin TT Academy Valletta Pay Hexer 2-4

HiTT Academy Valletta vs Topspin TT Academy Valletta Pay Fraser 3-4

HiTT Academy ITX vs Alpha Flexxon 6-0

Topspin TT Academy Novacell vs Topspin TT AcademySupercores 2-4

It-Tielet Diviżjoni

MITTC Butterfly Tenergy vs Alpha Codexx 3-4

Alpha Dynatec vs Alpha Sensus 4-2

HiTT Academy Sports Experience vs Topspin TT Academy Omegaed 6-0

HiTT Academy 5Q vs HiTT Academy Masters 2-4

Kindred vs Topspin TT Academy Valletta Pay Munro 4-2

Ir-Raba’ Diviżjoni – Grupp A

Alpha Firebolt vs Sharp Shot Academy Playmobil 0-6

Sharp Shot Academy Petrolea vs Alpha Nexxus 6-0

Sharp Shot Academy Xiom vs Topspin TT Academy Beta 6-0

Ir-Raba’ Diviżjoni – Grupp B

Sharp Shot Academy Novus vs MITTC Butterfly ZLC 1-5

Topspin TT Academy Kanter vs Sharp Shot Academy Omega 4-3

Alpha Youths vs PBC Table Tennis Bluestorm 1-5

HiTT Academy Midea vs Sharp Shot Academy Flick 0-6

Sport