Id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet wettqet 131 intervent f’35 lokalità differenti matul l-2026, bħala parti mill-ħidma kontinwa biex titjieb l-infrastruttura pubblika u l-kwalità tal-ħajja tal-komunitajiet madwar Malta.
Dan tħabbar mill-Ministru Alison Zerafa Civelli, li enfasizzat kif il-ħidma fil-qasam tal-infrastruttura pubblika qed tkompli b’impenn u b’attenzjoni lejn il-ħtiġijiet tar-residenti.
Minbarra l-interventi li diġà twettqu, bħalissa għaddejjin ukoll diversi proġetti importanti li għandhom l-għan li jtejbu s-sigurtà, l-aċċessibbiltà u l-kwalità tal-ispazji pubbliċi.
Il-Ministru Alison Zerafa Civelli sostniet li din il-ħidma se tkompli sabiex l-infrastruttura u l-ispazji pubbliċi jkunu dejjem aħjar u jkunu ta’ benefiċċju dirett għall-komunitajiet.
Il-131 intervent mifrux fuq 35 lokalità juri l-ħidma li qed issir f’diversi żoni tal-pajjiż sabiex jitjiebu l-ambjent urban u l-faċilitajiet li jagħmlu użu minnhom kuljum ir-residenti.
