Thursday, April 18, 2024

15-il sena mill-mewt tal-ħames żgħażagħ f’wieħed mill-agħar inċidenti tat-traffiku

Aqra wkoll

L-1 ta’ Ottubru hija ġurnata sewda għall-Qrendi, hekk kif 15-il sena ilu, ħamsa minn uliedha tilfu ħajjithom f’wieħed mill-agħar inċidenti stradali f’pajjiżna. David Sacco ta’ 13-il sena, Fabio Magro ta’ 16-il sena u Marco Abdilla, Oswaldo Emanuel Vella u Christian Camilleri ta’ 17-il sena tilfu ħajjithom kiesaħ u biered wara li l-vettura li kienu fiha bħala passiġġiera kellha mpatt ma’ karozza oħra misjuqa fid-direzzjoni opposta.

15-il sena wara, is-Sindku tal-Qrendi David Michael Schembri fakkar il-memorja tal-ħames żgħażagħ li ħallew lill-Qrendi f’luttu kbir.

Ekonomija

Sport