Saturday, December 21, 2024

16-il entità jappellaw lill-politiċi biex iqisu tassew il-ġid komuni

Jesprimu tħassib dwar l-abbozz ta' liġi għall-użu tal-Kannabis

Aqra wkoll

16-il entità impenjati fil-ħidma soċjali qed jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-proposti għall-abbozz ta’ liġi dwar l-użu hekk imsejjaħ responsabbli tal-kannabis.

L-entitajiet jinsabu fi qbil mal-pożizzjoni ta’ Caritas Malta u Fondazzjoni OASI li nhar il-Ħamis li għadda reġgħu tennew li l-liġi proposta se tkun aktar ta’ ħsara milli ta’ ġid
għas-soċjetà Maltija.

Dawn l-entitajiet, li wħud minnhom jaħdmu direttament mat-tfal u ż-żgħażagħ vulnerabbli, jinsabu mħassba speċjalment dwar il-messaġġ li jkun qed jgħaddi lit-tfal u ż-żgħażagħ dwar l-użu u l-kultura tal-kannabis.

Għalhekk qed jitolbu lill-politiċi sabiex iqisu tassew il-ġid komuni meta jkunu qed jikkontemplaw liġijiet li jersqu iktar lejn il-liberalizzazzjoni tal-kannabis.

L-entitajiet huma: Caritas Djakonija Unit; Dar Merħba Bik; Dar Osanna Pia; Dar tal-Providenza; Djar tal-Knisja għall-Anzjani; Fondazzjonni Sebħ; Kummissjoni Djoċesana Djakonija; Kummissjoni Ġustizzja u Paci; Kummissjoni Migranti; Mater Dei u Sir Anthony Mamo Oncology Centre Chaplains; Millennium Chapel; Paolo Freire Institute; Segretarjat Assistenza Soċjali; Society St Vincent de Paul; St Jean Antide Foundation; Uffiċċju Ħidma Pastorali mal-Persuni Separati.

Ekonomija

Sport