Saturday, December 21, 2024

16-il xahar ħabs wara li seraq minn żewġ vetturi u pprova jisraq minn tnejn oħra

Aqra wkoll

Christian Said ta’ 38 sena mill-Fgura ntbagħat sena u erba’ xhur ħabs wara li ammetta li seraq minn żewġ vetturi u pprova jisraq minn tnejn oħra. 

Il-każi seħħew bejn is-16 u s-17 ta’ Marzu 2021 f’diversi lokalitajiet fosthom il-Fgura, Ħal Tarxien u l-Floriana. Fost l-oġġetti misruqa kien hemm flus kontanti, dokumenti u anke nuċċali.

Said wieġeb ħati wkoll li kiser il-libertà proviżorja billi naqas milli jħares il-kundizzjonijiet li ġew imposti fuqu u li sar reċediv.

Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, waqt li sabitu ħati u kkundannatu 16-il xahar ħabs, ordnat ukoll il-konfiska ta’ €2,500 favur il-Gvern ta’ Malta u l-arrest mill-ġdid tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Sarah Kathleen Zerafa, Paul Camilleri u Michael Vella.

Ekonomija

Sport