Friday, May 3, 2024

186 każ ġdid ta’ Covid-19 u jfiqu 286 oħra

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat, feġġew 186 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 286 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk il-każi attivi niżlu għal 2,230.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 89 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, b’erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

It-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 571 wara li bejn it-Tnejn u t-Tlieta mietet mara ta’ 85 sena waqt li kienet pożittiva għall-virus.

Sat-Tnejn filgħaxija kienu ngħataw 1,223,793 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 335,128 kienu dożi tal-booster.

Sport