Friday, April 19, 2024

195 każ ġdid ta’ Covid-19 f’dawn l-aħħar jumejn

Aqra wkoll

Wara l-100 każ li kienu rapportati lbieraħ, matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 95 każ ġdid minn 2,529 swab test li saru. Dan wassal biex in-nurmu ta’ każi attivi issa tela’ għal 768.

Fl-istess waqt l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li kien hemm 30 persuna li rkupraw mill-virus.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ irriżultaw 31 każ ta’ tixrid tal-virus fost membri familjari, disa’ każijiet ta’ tixrid tal-virus fuq il-post tax-xogħol, ħames każi li kellhom kuntatt dirett ma’ persuna li diġà kienet irriżultat pożittiva, u żewġ każijiet minn attivitajiet soċjali.

Sport