Wednesday, April 24, 2024

AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza fl-Imġarr

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li aktar kmieni llum kien involut f’ħabta ma’ karozza. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.00 a.m. fi Triq l-Imġarr.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura tat-tip BMW X4 misjuqa minn mara ta’ 45 sena residenti l-Mosta u mutur tat-tip Honda li kien misjuq mir-raġel ra’ 62 sena.

Ir-raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport