Monday, January 24, 2022

20 pazjent rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 1,406.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 100 każ ġdid filwaqt li 90 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus.

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 20, bi tnejn minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet baqa’ ta’ 471 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet reġistrata l-ebda mewt kawża tal-Covid-19.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 997,459 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 158,607 li huma dożi tal-booster.

Sport