Wednesday, April 24, 2024

L-MCAST tieħu sehem fl-Expo ta’ Dubai

Aqra wkoll

Il-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) bħalissa qed jipparteċipa fl-espożizzjoni prestiġjuża Dubai Expo  2020. Il-prinċipal tal-Kulleġġ, il-professur Joachim James Calleja u d-deputat prinċipal Stephen Vella qed jiffurmaw id-delegazzjoni Maltija.

Aktar minn 25 miljun viżitatur huma mistennija jattendu l-expo ta’ Dubai li fetħet il-bibien tagħha għall-pubbliku f’Ottubru ta’ din nis-sena. Barra minn hekk madwar 200 entità inklużi istituzzjonijiet edukattivi oħra u entitajiet tan-negozju minn madwar id-dinja kollha qed jipparteċipaw fl-expo ta’ din is-sena.

F’dan l-expo, il-padiljun ta’ Malta se jkun qed jospita diversi seminars ewlenin matul il-Ġimgħa tal-Għarfien u t-Tagħlim li qed ssir bejn it-12 u s-17 ta’ Diċembru. Is-seminars u d-diskussjonijiet se jippromwovu lil Malta bħala l-aqwa destinazzjoni ta’ taħriġ u edukazzjoni

l-espożizzjoni ta Dubai din is–sena għandha t-tema Konnessjoni tal-Imħuħ, il-Ħolqien tal-Futur, li tirrifletti l-ispirtu qawwi ta’ sħubija u kooperazzjoni li xprunat is-suċċess tal-Emirati Għarab Magħquda bħala pijunieri ta’ mogħdijiet ġodda ta’ żvilupp u innovazzjoni.

Sport