Monday, May 6, 2024

21 Għawdxi u Għawdxija jibdew missjoni fil-Gwatemala

Aqra wkoll

21 żagħżugħ u żagħżugħa minn Kerċem, Għawdex, fl-aħħar jiem bdew missjoni fil-Gwatemala fejn se jkunu qegħdin jgħixu mal-ifqar fost il-fqar. Waqt dawn it-tliet ġimgħat ta’ ħidma huma se jkunu mmexxijin mid-Djaknu Franklin Micallef.

Il-preparamenti għal dan il-vjaġġ bdew minn ferm qabel hekk kif ġew organizzati diversi attivitajiet biex b’hekk ikollhom ammont ta’ flus xi jtellgħu magħhom u jitqassmu lil dawk l-aktar fil-bżonn.

Huma rnexxielhom jiġbru s-somma ta’ €30,000 permezz ta’ ikliet, Bake & Sale, Bring & Buy u Zumba Class, kif ukoll għamlu ġabru xi donazzjonijiet milll-iskejjel primarji u sekondarji f’Għawdex.

Sport