Tuesday, December 24, 2024

21 suldat Iżraeljan maqtul f’Gaża

Aqra wkoll

L-armata Iżraeljana qalet li 21 mis-suldati tagħha nqatlu f’Gaża, f’dak li qed ikun deskritt bħala l-aktar jum li fih kien hemm fatalitajiet għall-forzi Iżraeljani mill-bidu tal-gwerra fil-Lvant Nofsani. 

Il-kelliem għall-Forzi tad-Difiża ta’ Iżrael Daniel Hagari qal li filwaqt li d-dettalji tal-inċident għadhom qed jiġu investigati, huwa maħsub li bomba laqtet tank viċin ta’ żewġ binjiet fejn kienu jinsabu s-suldati.

“L-inċident seħħ it-Tnejn li għadda, għall-ħabta tal-4.00 p.m., fiċ-ċentru ta’ Gaża,” kompla jgħid Hagari. Qal li s-suldati, li ħafna minnhom kienu ta’ riserva, kienu involuti f’operazzjoi biex jippermettu lir-residenti tan-naħa ta’ isfel ta’ Iżrael biex jirritornaw b’mod sigur lejn djarhom wara li mijiet ta’ eluf ta’ persuni ġew evakwati wara l-attakk tal-Ħamas fis-7 ta’ Ottubru li għadda.

F’kitba fuq il-pjattaforma X, il-President ta’ Iżrael Isaac Herzog iddeskriva dan bħala jum diffiċli għalihom meta semgħu bl-aħbar tal-imwiet. F’isem in-nazzjon kollu, nagħtu l-kondoljanzi lill-familjari tal-vittmi u nawguraw fejqan ta’ malajr lil dawk midruba,” tenna Herzog.

Intant, skont il-Ministeru tas-Saħħa mmexxi mill-Ħamas, sa issa nqatlu minn tal-inqas 25,295 persuna – l-aktar nisa u tfal – meta l-militar ta’ Iżrael beda bl-attakki f’Gaza.

Ekonomija

Sport